Il-kampanja ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista bit-tema ‘Ninvestu fin-Nies’, se tilħaq il-qofol tagħha l-Ħadd tlettax ta’ Ġunju. Tul il-kampanja bosta lokalitajiet madwar Malta u Għawdex resqu ‘l quddiem bid-donazzjoni tagħhom.
Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard tkellmet ma’ ONE News dwar kif dak li l-pubbliku jinvesti fil-Partit Laburista, dan iroddu lura f’viżjoni u ħidma imprezzabbli.
“Meta tqabbel dak li rnexxielha tikseb Malta mal-kumplament tal-Ewropa u tad-dinja, kulħadd jista’ jasal għall-konklużjoni li dan il-pajjiż kien fi tmexxija soda. Dak ma ngħiduhx aħna imma anke r-riżultati. Il-poplu jaf li għal kull ewro li jinvesti fil-Partit Laburista, il-Partit Laburista iroddu lura b’viżjoni għall-Partit u aktar importanti minn hekk għall-pajjiż.”
Dr Attard appellat biex kulħadd jagħti sehemu kif jista’.
L-appell tagħna hu biex kulħadd jikkontribwixxi mill-ftit li jista’ u nassigurawkom li għal kull ewro li jinvesti fil-Partit Laburista, se jroddu lura f’ħafna aktar lill-poplu kollu.