Bit-tema “Ninvestu fin-Nies”, tnediet Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku li se tibqa’ għaddejja sat-tlieta ta’ Ġunju.
Se jiġu organizzati sensiela ta’ laqgħat, bil-għan li jinstemgħu l-aspirazzjonijiet tan-nies li jużaw is-servizz pubbliku. Ix-xogħol li jsir minn ħaddiema fis-servizz pubbliku u r-riżultati tiegħu jiġi analizzat, b’emfasi fuq is-servizz li jingħata liċ-ċittadini.
F’Jannar kienet saret ġimgħa oħra simili, li ħarset lejn l-istrutturi interni tas-servizz pubbliku bil-għan li jingħata servizz aħjar fl-istess ħin li tonqos il-burokrazija.
Tkellimna mas-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar.
https://www.youtube.com/watch?v=hD1wCecLGKU
Din il-ġimgħa se tiġi fi tmiemha b’kunċert imtella’ mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali b’kollaborazzjoni ma’ Xarulu’, fi Pjazza San Ġorġ. Id-dħul huwa mingħajr ħlas.