Il-Gaming u l-Intelliġenza Artifiċjali.
Żewġ oqsma li saru jissemmew ħafna bi prominenza f’pajjiżna iżda qajla ħsibna li jistgħu jintrabtu flimkien.
Waqt konferenza tal-Igaming li saret f’pajjiżna wieħed mill-kelliema ewlenin tkellem dwar l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-qasam tal-gaming.
Karl Davies-Barrett, inġinier rinomat li jaħdem mal-kumpanija ġganteska Microsoft saħaq li l-intelliġenza artifiċjali taf tkun għodda utli għall-kumpaniji tal-gaming anki biex joffru servizz ta’ logħob responsabbli għall-klijenti tagħhom.
“There is a lot of potential for AI in their businesses because if you look of what the regulators are saying, responsible gaming for example requires to understand their customer and AI can do a lot of information crunching, much much quicker than a human can.” Stqarr Davies-Barrett.
Waqt il-konferenza li saret f’pajjiżna bi skop anki għax dan ix-xiber t’art qed jagħraf il-potenzjal u qiegħed ikun pijunier b’qafas regolatorju b’saħħtu f’dan il-qasam attendew xejn inqas minn seba’ mitt parteċipant Malti u barrani mill-oqsma tat-teknoloġija tal-gaming, l-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain.
Davies-Barrett jisħaq ukoll li fejn ma jistax jasal il-bniedem, nistgħu naslu bit-teknoloġija u dan imur id f’id mal-politika tal-Gvern xprunata mill-Awtorità Maltija tal-Logħob li tisħaq kif f’settur bħalma huwa tal-gaming irridu nwieġbu għall-ħtiġijiet tan-nies f’ambjent sigur.
L-inġinier tal-Microsoft jgħid ukoll li l-kumpanija toffri servizzi ta’ intelliġenza artifiċjali fi pjattaformi virtwali għall-kumpaniji tal-gaming li qegħdin jitkattru f’pajjiżna permezz ta’ investiment dirett.
“The good thing is you know Microsoft is present in Malta where the gaming industry is booming and we’ve realised there need to be that investment to help the gaming companies, you know achieve that next level and I think AI and gaming and Microsoft are in the right place at the right time.” Ikkonkluda l-inġinier ewlieni ta’ Microsoft.