“Ninsabu fi gwerra”
Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ddeskriva s-sitwazzjoni li eskalat bejn pajjiżu u l-Palestina.
Fl-aħħar sigħat mijiet ta’ rokits ġew sparati minn Gaza lejn Iżrael, filwaqt li bosta persuni li jassoċjaw ruħhom mal-Grupp Iżlamiku Militari, daħlu fin-Nofshinar ta’ Iżrael u fetħu n-nar fuq in-nies.
Madwar sitt mitt persuna weġġgħu f’dawn l-attakki u 22 persuna mietu.
Il-Gvern tal-Iżrael qal li se jkomplu jiddefendi liċ-ċittadini tiegħu, filwaqt li saħaq kif il-Palestinjani se jħallsu prezz qares għall-azzjonijiet li wettqu.
Il-komunità internazzjonali, fosthom Malta, ikkundannat dawn l-attakki u sejħet sabiex jieqfu minnufih.