OneNewsBreakfast illum stieden persuna transsesswali, li tkellmet dwar l-esperjenza personali tagħha. Dan fid-dawl tad-deċiżjoni li ttieħdet ilbieraħ biex persuni jkunu jistgħu jimmarkaw X fuq il-karta tal-identità.
Reb Sciberras qalet li fid-dinja hemm tendenza li wieħed jara kollox jew iswed jew abjad, u s-soċjetà titlob li wieħed jikkategorizza ruħu f’waħda mill-kaxxi maħluqa mis-soċjetà. Id-deċiżjoni dwar nies non-binary hija pożittiva ħafna għal Reb. Qalet li tinsab kuntena mmens u bħala ċittadini Maltin, hemm għalfejn inkunu kburin. Il-Maltin, qalet Reb, qed jgħaddu messaġġ li wieħed jista’ jgħix mal-ieħor mingħajr wisq preġudizzji.