Illum il-mara f’korpi dixxiplinat qed jirnexxielha tikseb rwoli u responsabbiltajiet li tradizzjonalment huma assoċjati mas-sess maskili. Dawn qed jilħqu livelli għolja fejn sal-lum fil-Pulizija dawn laħqu sa livell ta’ Supretendent u fl-Armata sa livell ta’ Lt. Kurunell.
20% tal-Korp tal-Pulizija, jiġifieri madwar 430 membru, huma nisa u dan in-numru hu meqjus bħala inkoraġġanti. Meta wieħed iħares lejn l-erba’ korpi dixxiplinati isib li madwar 560 membru huma nisa li jinkludu wkoll 96 mara suldat fl-Armata u 36 mara Uffiċjal Korrettiv.
F’dan il-filmat niltaqgħu ma’ WPS Sarah Kathleen Zerafa, Lt Iona Muscat, Mgr Anabelle Cauchi u l-volontiera Leanne Newell.