L-attakant Svediż Alex Nilsson ġie rilaxxat minn Tarxien Rainbows. Dan wara li intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex tiġi fit-tmiema l-avventura ta’ bejniethom.
Nilsson qatta l-ewwel parti tal-istaġun li għadda jilgħab ma’ Birkirkara FC b’self mingħand Tarxien qabel ma ngħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Huwa mifhum li klabbs mill-ewwel divizjoni kif ukoll mill-kampjonat Għawdxi diġa’ xeħtu għajnejhom fuq il-plejer ta’ 25 sena.
Ritratt: Domenic Aquilina.