ONE News jista’ jiżvela l-aħħar stunt li se jagħmel il-Partit Nazzjonalista fuq ordni tal-Kap defacto Karol Aquilina, li qed jagħti l-istruzzjonijiet kollha u li lbieraħ kien hu ma’ Bernard Grech li nfexx f’attakki u insulti dispreġjattivi fil-Parlament, fosthom fil-konfront tal-Ispeaker u ma riedx li l-Prim Ministru jagħmel stqarrija ministerjali dwar il-każ tas-serqa tad-droga.
ONE News jinsab infurmat li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qiegħed taħt assedju mill-fazzjonijiet differenti fil-Partit Nazzjonalista.
Dan wara l-aħħar sondaġġi pubbliċi fqar għalih u għall-Partit Nazzjonalista.
Issa qed issir insistenza biex jintuża l-każ tad-droga misruqa, u li dwarha diġà hemm tliet investigazzjonijiet, jiġifieri tal-Pulizija, l-Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Inkwirenti Dr Antoine Agius Bonnici u inkjesta oħra amminsitrattiva li ħatar il-Prim Ministru u li se tkun immexxija mill-Imħallef Emeritu Geoffrey Valenzia.
ONE News huwa nfurmat li fl-aħħar sigħat, il-Kap de facto tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina ta struzzjonijiet biex illum il-Partit Nazzjonalista jagħmel stunt b’rabta mal-każ tad-droga, dan bl-iskop li tinqabad mill-media u tidher bħala xi ħaġa sensazzjonali u tiġbed l-għajn.
Dawn l-istunts huma identiċi għal dawk li kien jagħmel Simon Busuttil, li s-Sibt li għadda Bernard Grech qal li appoġġjah u issa qed jappoġġja lilu.
Ilbieraħ ukoll Karol Aquilina kien wara l-posters tal-Ministru Bryon Camilleri biex id-Deputati Nazzjonalisti jxejruhom fil-Parlament.