Iddiżgustati b’dak li qed jiġri lejliet dibattitu bejn il-mexxejja politiċi fl-Università ta’ Malta, studenti midħla tal-organizzaturi komplew jgħaddulna tagħrif intern. Tagħrif li jikxef x’qed jgħidu nies tal-qalba fil-Partit Nazzjonalista li huma mdeffsin direttament u indirettament f’dak maħsub għal għada. Fosthom hemm Matthias Vassallo, li jaħdem mar-radju tal-Partit Nazzjonalista.
Involut ukoll Luigi Fenech, iben Peter Fenech, li hu ħabib personali ta’ Simon Busuttil u sieħeb fin-negozju.
Matthias Vassallo kiteb f’chat bl-isem Team Simon u qalilhom li għandu l-mibegħda.
“Andi il hate,” biex niktbuha eżatt kif qalha hu f’diskussjoni bil-whats app li għandna f’idejna.
Saħansitra Matthias Vassallo qal li “is sieq taf tagħmel uturn.” Messaġġ ċar ta’ vjolenza fejn ir-referenza hi lejn ksur tas-saqajn f’dak li suppost hu dibattitu bejn il-mexxejja fuq temi li għandhom x’jaqsmu mal-ħajja tal-istudenti.
Bħal li kieku dan ma kienx biżejjed Vassallo kiteb ukoll “zf joseph.” Ma tridx tkun għaref biex tifhem xi tfisser din il-frażi u min jaf lil Vassallo qalilna li “żo** fo** Joseph” tiela u nieżel.
Minn naħa l-oħra Luigi Fenech għandu biċċa xogħol oħra. Fenech huwa fost dawk li tqabbdu biex jieħdu ħsieb li fid-dibattitu tal-Università ta’ għada fis-sala jkun hemm kemm jista’ jkun ftit persuni li jissimpatizzaw mal-Partit Laburista.
Il-mod kif studenti viċin l-organizzaturi u midħla tal-Partit Nazzjonalista pjanaw li jimmanipulaw id-dibattitu ħareġ ċar għall-ewwel darba fl-aħħar 28 siegħa, meta minn grupp sigriet ħarġu screen shots li juru dak miftiehem.
Luigi Fenech, iben Peter Fenech, kiteb li kellhom jieħdu ħsieb li jkun hemm 20 leader, li kull wieħed jieħu ħamsin persuna. Dan ifisser iktar nies minn kemm tesa’ s-sala sir Temi Zammit.
Missier Luigi Fenech, ħa għexieren ta’ eluf ta’ ewro f’direct orders u salarji minn ħatriet meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern. Ma’ Simon Busuttil jiekol mhux biss madwar il-mejda tal-ikel, imma anke minn dak li daħħlu taħt gvernijiet nazzjonalisti. Peter Fenech huwa wkoll l-avukat tal-Kunsill Studenti Universitarji, bil-kunsill hu responsabbli mis-sistema biex wieħed jirreġistra għad-dibattitu.
Ir-reġistrazzjoni għad-dibattitu wkoll kellha l-problemi tagħha tant li bosta studenti spiċċaw qalulhom li hemm anke jekk applikaw peress li d-dibattitu se jkun limitat. Tant li dan wassal biex inbdiet petizzjoni biex id-diabttitu jsiru barra.
F’chat oħra kkummenta Nathan Galea, iben id-deputat nazzjonalista Mario Galea, li staqsa jekk il-mistoqsijiet ux lesti. Għax il-mistoqsijiet ukoll huma pjanati.