Nikola Josifov ta’ 27 sena mill-Maċedonja qed jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni dwar att vjolenti.
Fuq il-midja soċjali l-Pulizija qalet li jista’ jkun li qiegħed fil-bajja ta’ San Pawl il-Baħar.
Kull min għandu xi informazzjoni huwa mitlub jikkuntattja l-Pulizija jew iċċempel fuq 119 / 21224001.