Nistgħu nikkonfermaw li l-persuni li nstabet mejta fil-baħar qrib Żonqor dalgħodu hija l-istess persuna li minn jhedhha niżlet fil-baħar imqalleb f’Tas-Sliema lbieraħ.
Din il-mara damet ma ġiet identifikata. Ilbieraħ il-Forzi Armati ta’ Malta ġew mgħajta biex jagħtu l-ewwel għajnuna, il-ħelikopter u l-lanċa tal-forzi kienu involuti fit-tfittxija fil-baħar viċin il-lukanda Preluna. L-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet diffiċli minħabba l-kundizzjoni tat-temp u d-dlam. Filfatt, wara sigħat ta’ tfittxija, it-tfittxija ġiet posposta.