Ir-Reppublikana Nikki Haley għelbet lil Donald Trump wara li rebħet b’ammont sostanzjali l-istat ta’ Washington DC.
Din hija l-ewwel rebħa ta’ Haley kontra Trump fil-kampanja għall-Presidenza tal-Istati Uniti wara li tilfet l-istat ta’ South Carolina, l-istess post fejn kibret u tgħix illum il-ġurnata.
Din ir-rebħa hija wkoll l-ewwel waħda tax-xorti tagħha fl-istorja tal-Istati Uniti wara li mara rebħet stat waqt dawn l-elezzjonijiet bikrija.
Fil-fatt wara li ngħaddu iktar minn desgħin fil-mija tal-voti, tħabbar li Haley rebħet bi kważi tlieta u sittin fil-mija tal-voti favuriha filwaqt li Trump kiseb biss tlieta u tletin fil-mija.
Din ir-rebħa qed tiġi meqjusa bħala waħda simbolika minħabba l-fatt li fil-belt kienu eliġġibli li jivvutaw 23,000 Repubblikan biss.
Il-Kelliema tal-Kampanja Haley Olivia Perez qalet li dan ir-riżultat mhuwiex sorpriża għaliex ir-Repubblikani ma jridux lil Donald Trump jirrappreżentahom minħabba l-kaos kollhu li għandu f’ħajtu.
Minkejja dan, Trump jinsab f’vantaġġ kbir fuq Haley u l-midja internazzjonali qed tirraporta li x’aktarx ħa jkun hu li jtellaq mal-President Amerikan Joe Biden fl-elezzjoni ta’ Novembru.