Kliem ta’ niket u ta’ ġieħ għall-ħames irġiel maqtula abbord is-sottomarin Titan ma waqfux tul dawn l-aħħar sigħat. Il-vittmi mietu f’dik li uffiċjali Amerikani qalu li kienet “implożjoni katastrofika”.
OceanGate Expeditions, li hija l-kumpanija li organizzat il-vjaġġ f’qiegħ il-baħar, ikkomunikat l-aħbar kerha fuq Twitter.
— OceanGate Expeditions (@OceanGateExped) June 22, 2023
Il-vittmi huma Hamish Harding ta’ 58 sena, Shahzada Dawood ta’ 48 sena u ibnu Suleman Dawood ta’ 19-il sena, Paul-Henri Nargeolet ta’ 77 sena u Stockton Rush ta’ 61 sena. Il-familji tagħhom esprimew “dieqa profonda” u taw ġieħ lill-ħidma esplorattiva tagħhom.
“Our hearts go out to the families and loved ones of those who lost their lives on the Titan,”
Ir-Reazzjoni tal-White House
Huma diversi l-mistoqsijiet li din it-traġedja qed iġġib magħha, fosthom ir-riperkussjonijiet legali fuq il-kumpanija, u jekk il-familji għandhomx dritt ifittxu lill-kumpanija OceanGate. Esperti legali qed jgħidu li minkejja li l-passiġġieri setgħu ffirmaw dikjarazzjonijiet ta’ rinunzja ta’ responsabbiltà għal OceanGate, il-familji xorta għandhom mezzi legali biex ifittxu lil sid il-kumpanija. Dan speċjalment jekk kien hemm difetti fl-istruttura tas-sottomarin – liema teorija għadha biss spekulazzjoni.
Il-passiġġieri ħallsu sa $250,000 kull wieħed għall-vjaġġ sa 12,500 pied (3,810 metru) taħt l-ilma. Ġurnalist ta’ CBS News li mar fuq il-vjaġġ ma’ OceanGate Expeditions f’Lulju tal-2022 irrapporta li r-rinunzja li ffirma semmiet il-possibbiltà ta’ mewt tliet darbiet fl-ewwel paġna tal-kuntratt biss.
Hemm saħansittra min qed iqabbel it-traġedja tat-Titan ma’ dik tat-Titanic fl-1912, hekk kif fiż-żewġ ċirkostanzi, kien hemm twissijiet dwar il-vettur nfisha: f’dan il-każ, kien hemm min esprima dubji dwar il-mod kif inbena s-sottomarin. Huma bosta dawk li qed jgħidu li dawn it-tip ta’ twissijiet m’għandhom qatt jiġu injorati.
Oħrajn qed jistaqsu xi tfisser mewt b’implużjoni, bl-unika raġġ żgħir ta’ konsolazzjoni tkun li l-mewt kienet waħda li seħħet minnufih, u mhux wara sigħat maqbudin taħt il-baħar f’kundizzjonijiet ħżiena ta’ nuqqas ta’ ossiġnu.
Rapporti oħra qed jgħidu li s-sistema navali Amerikana semgħat l-implużjoni tat-Titan jiem ilu.
Din hija l-vettura mħaddma robotikament sabet partijiet mis-sottomarin fil-qiegħ tal-oċean, bħala parti mill-isforzi ta’ tfittxija.
Ara aktar:
Ritratt elwieni: www.npr.org