Il-kittieb u disinjatur Ingliż Paul Collins wasal Malta madwar għaxar snin ilu, ifittex dar li fiha seta jinħeba u jiddedika ruhu għall-kitba.
Skattat l-imħabba bejnu u palazzo fin-Naxxar mis-seklu tmintax li kienet fi stat ħażin ferm. Palazzo Nasciaro, f’kemm ilna ngħidu, saret l-ossessjoni u l-istorja ta’ mħabba ta’ Collins.
Il-Palazzo kien id-dar tal-periti li ddisinjawh, u wara sar skola primarja. Sar ukoll għassa tal-Pulizija u fit-tieni gwerra dinjija x-xelters taħt l-art kienu jintużaw bħala post fejn iwelldu t-tfal.
Meta sab il-post Collins, kienu ilu abbandunat 20 sena, u kien qiegħed jaqa’ biċċiet. Xorta waħda, seta’ jara t-tifkiriet tal-passat inkredibbli tiegħu, u tant’ieħor il-potenzjal.
Sabiex tlesta’ kien hemm bżonn xogħol ta’ seba’ snin, li beda fl-2007. Issa li lesta’, iħoss li wasal iż-żmien li jiba proġett ieħor, u l-palazzo jinsab għal bejgħ għal għaxar miljun ewro.
L-ikbar inkwiet tiegħu? Li ma jsibx post sabiħ daqs dan il-palazzo kwiet b’karattru partikolari.
Mexxi lemin jew xellug biex tara r-ritratti.