Nhar is-Sibt 22 ta’ Frar, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se ttella’ kunċert spettakolari bl-isem ta’ “Night at the Musicals”.
Dan se jkun vjaġġ mużikali minn Broadway sal-West-End – b’siltiet minn The Phantom of the Opera, The Greatest Showman, West Side Story, Mary Poppins, Sound of Music u Grease, fost oħrajn.
Taħt id-direzzjoni tal-Maestro Anthony Cassar, il-Banda tal-Korp se tkun akkumpanjata minn diversi mistiedna speċjali, fosthom il-kantata Kristy Spiteri, Lawrence Gray, Nicole Hammett, Dario Bezzina, Francesca Sciberras, Neville Refalo u Victorio Gauci, flimkien mas-soprani Ruth Sammut Casingena u Claire Caruana.
Dan il-kunċert se jsir wara s-suċċess tal-kunċert “Night at the Movies” li sar f’Ottubru li għadda.
“Night at the Musicals” se jsir is-Sibt 22 ta’ Frar fit-8pm fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Universita ta’ Malta.