Niġerjan ta’ 29 sena li joqgħod ir-Rabat, Għawdex ġie mixli li stupra mara.
Quddiem il-Maġistrat Simone Grech huwa ġie akkużat li fit-3 ta’ Ġunju bejn nofsinhar u s-2:00 ta’ waranofsinhar stupra mara fir-Rabat Għawdex u żamm l-istess persuna kontra l-volontà tagħha.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u qed jinżamm taħt arrest.