Niġerjan ta’ 39 sena b’passaport Olandiż ħareġ illiberat wara verdett tal-ġuri ta’ sebgħa kontra tnejn minkejja li kieku nstab ħati kien jeħel għomru l-ħabs.
Il-Ġuri beda jinstema’ il-ġimgħa li għaddiet fejn l-akkużat tressaq il-Qorti wara li fi Frar tal-2008 inqabad jittraffika d-droga.
Il-verdett finali ħareġ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu wara li talab għalih l-Imħallef Antonio Mizzi. L-avukati difensuri kienu Mark Sant u Simon Micallef Stafrace.