Niġerjan ta’ 34 sena li erba’ snin ilu, hu u niżel mill-vapur minn Sqallija għal Malta sabulu żewġ kilo kannabis weħel tmien snin u nofs ħabs.
Inizzjalment, Martin Aghanti ċaħad l-akkużi fuq traffikar tad-droga iżda meta kien se jibda ġuri biddel fehemtu u ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Fil-Qorti ntqal li sar tiftix fuq il-bagalja tan-Niġerjan u nstabu affarijiet suspettużi fil-ġkieket li kellu.
Intqal ukoll li d-droga li nstabet kienet tlaħħaq il-valur ta’ ftit aktar minn tmienja u erbgħin elf ewro.
Apparti s-sentenza ta’ priġunerija, in-Niġerjan intalab iħallas multa ta’ għoxrin elf ewro.