Niġerjan ta’ 47 sena ammetta fil-Qorti li kkommetta atti sesswali fuq il-post tax-xogħol fuq kollega tiegħu, li kienet responsabbli mir-riżorsi umani.
Fil-Qorti nstema’ li l-każ seħħ meta r-raġel mar jiġbor xi payslips mingħand il-vittma, fejn kien hawn li messilha sidirha u qalilha li ma jistax joqgħod ’il bogħod minn sidirha.
Ir-raġel, li skuża ruħu kemm mal-Pulizija kif ukoll mal-vittma, permezz ta’ Facebook, stqarr li hu ħaseb li l-vittma kellha grazzja miegħu.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lir-raġel b’depożitu ta’ ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ elf ewro.
Is-sentenza se tkun qed tingħata nhar it-Tnejn li ġej.