Niġerjan ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:15 tal-Ħadd filgħodu fi blokka apparamenti li tinsab fi Triq il-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar.
L-ewwel investigazzjonijiet li għamlu l-pulizija juru li nqala’ argument bejn il-vittma u Niġerjana ta’ 24 sena.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.