Nigel Vella, li għandu Baċellerat fl-Istorja, inħatar Kap Eżekuttiv ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, kariga li se jibda jokkupa mill-1 ta’ April li ġej.
Hu se jieħu post Pierre Fenech, li issa se jkun qed jiffoka fuq ir-rwol tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS, kif tħabbar fil-ġimgħat li għaddew.
Fl-aħħar snin, Nigel Vella ħadem bħala konsulent fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà u x-Xogħol kif ukoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn serva bħala Deputat Kap tal-Komunikazzjoni u anke Kelliem għall-Gvern.
Attwalment hu wkoll Gvernatur fuq il-Bord tal-Gvernaturi fi ħdan l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali, l-MDIA.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, irringrazzja lil Pierre Fenech tal-ħidma tiegħu f’Dar il-Mediterran fl-aħħar snin, waqt li awgura lil Nigel Vella fil-ħatra tiegħu.