Għall-elezzjoni ġenerali tat-12 ta’ Diċembru, il-mexxej tal-Brexit Party Nigel Farage qal li mhux se jikkontesta. Huwa qal li se jkun qed jikkampanja madwar l-Ingilterra kontra l-ftehim ta’ Brexit li jrid il-Prim Ministru Johnson.
Farage kien ilu Membru Parlamentari Ewropew mill-1999 sa Diċembru li għadda. Huwa kkontesta xejn anqas minn ħames elezzjonijiet ġenerali u żewġ by-elections, fejn qatt ma ġie elett.
Il-partit ta’ Farage għall-elezzjoni tat-12 ta’ Diċembru se jkun qed joħroġ madwar 600 kandidat.