L-Awtorità tal-Ippjanar qed tpoġġi għall-konsultazzjoni pubblika parametri ġodda għall-iżvilupp f’Ħal Mula, zona f’Ħaż-Żebbuġ.
Dawn għandhom il-għan li jtejbu l-kwalità baxxa taz-zona residenzjali li n-nies jgħixu fiha f’dawk l-akwati. Dan huwa riżultat ta’ taħlita ta’ stili ta’ żvilupp li hemm fl-istess post. Il-proposti l-ġodda se jagħtu xejra aktar uniformi u pjanata, u żvilupp ta’ natura industrijali jew kummerċjali fil-ġejjieni se jkun ikkunsidray biss b’mod separat, ‘l bogħod mir-residenzi.
Aktar dettalji dwar il-konsultazzjoni pubblika jinkisbu minn hawn.