Il-president tal-Messiku u l-predeċessur tiegħu ċaħdu allegazzjonijiet li ħadu flus mill-każ li qed jinstema’ bħalissa kontra Joaquín “El Chapo” Guzmán, li qed ikun mixli b’ traffikar tad-droga.
L-avukat ta’ Guzmán qal li l-mexxej veru ta’ Sinaloa Cartel kien Ismael “El Mayo” Zambada li kien qed jgħix fil-Messiku u li kien qed ixaħħam il-gvern kollu, inkluż lill-president Enrique Peña Nieto.
Kemm Peña Nieto kif ukoll il-predeċessur tiegħu, Felipe Calderón ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet.