Rapporti qed juru kif it-truppi Russi fl-Ukrajna qed joqtlu bl-addoċċ lin-nies fit-toroq kiesaħ u biered bla ebda raġuni.
Fil-fatt, il-midja internazzjonali rrappurtat li f’Bucha li tinsab ‘il barra min Kyiv, instab għoxrin katavru li allegatament inqatlu mir-Russi għal xejn b’xejn.
Dawn l-atti ġabu l-kundanna ta’ bosta mexxejja dinjija, fosthom tal-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit u anke tal-Istati Uniti, li kollha sejħulhom bħala krudili, bla ħniena u terribli.
Intant, il-President Ukren sejjaħ dawn l-atti bħala ġenoċidju u li r-Russja qed tittortura lin-nazzjon.