In-nies f’Bejrut qed jesprimu rabja kbira lejn il-gvern hekk kif qed jgħidu li l-isplużjoni enormi ta’ nhar it-Tlieta seħħet kawża ta’ negleġenza. Infatti bosta qed jakkużaw lill-awtoritajiet b’korruzzjoni, telqa u mmaniġjar ħażin.
Residenti fil-viċinanzi fejn seħħ l-inċident sostnew li l-Gvern tal-Libanu huwa inkompetenti filwaqt li espremew illi dak li ġara huwa att kriminali kontra ċ-ċittadin tiegħu stess.
Produttur tal-films esprima d-diqa illi dawk responsabbli minn dan l-inċident u dawk li setgħu pprevenewh biex jaffaċċjaw il-ġustizzja.