Hekk kif illum f’12.00 tressqu l-Qorti Moussa Saha u Ahmed Ali li huma ż-żewġ Libjani akkużati li wettqu l-hijack tal-ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah, numru kbir ta’ nies inġabru quddiem il-Qorti.
Mhux xena tas-soltu li f’jum il-Milied, għexieren ta’ nies jistennew wara l-għatba tal-Qorti biex isegwu dak li jkun għaddej. Kienu l-bosta li stennew li jintemm is-smigħ tal-każ biex ikunu jistgħu jieħdu ritratt tal-akkużati.
Normalment, il-ħin ta’ nofsinhar nassoċċjawh mal-ikla ta’ nofsinhar mal-familja iżda jidher li mhux kulħadd iddeċieda li jqatta’ dan il-jum tradizzjonalment.