Fil-Parlament illejla l-Prim Ministru tkellem dwar il-korruzzjoni, iżda mhux biex “jirrispondi lil Kap tal-Oppożizzjoni għax dik hi d-diska mwaħħla tiegħu…iżda biex nitkellem ma’ min hu ġenwinament inkwetat”.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern seta’ jagħmel għamel affarijiet aħjar u irrabjat li suċċessi kbar ġew imċaqqma. Iżda stqarr li se nibqa’ jagħmel xogħolu.
X’wiret il-Gvern
Il-Gvern wiret sitwazzjoni fejn ħadd qatt ma nżamm responsabbli għal xejn. Fejn dejjem kien hemm raguni għaliex min għandu responsabilta’ politika ma jħallasx. Fejn f’ 25 sena ftit li xejn kien hemm sinjali ta’ gvernanza. Fejn il-wirt li tħalla kien l-iskandlu taż-żejt. L-akbar skandlu ta’ korruzzjoni ta’ kull zmien, fejn l-omertà kienet għadha tirrenja, u fejn is-sistema ħadmet b’ mod li min hu ħati gawda minn maħfra. L-ebda politiku ma inkixef sa’ issa, u min kixef spiċċa kwazi weħel hu.
“Jien l-ewwel wieħed diżappuntat ferm li meta nistaqsi x’ jista’ jsir aktar biex inkunu nafu l-verità kollha, insib ma wiċċi ħajt ta’ raġunijiet legali għaliex ma jista’ jsir xejn. Jiżdied il-konvinċiment tiegħi li kienet ħadma magħmulha minn avukati gwappi, biex ma jinkixef xejn aktar. Iżda lil dawn in-nies ngħidilhom li mhux se naqta qalbi” iddikjara l-Prim Ministru.
Il-Gvern sab pajjiż bla strutturi biex jiġġieled il-korruzzjoni: il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma kienitx qed tiffunzjona, ma kienx hemm protezzjoni lil min jikxef każijiet ta’ korruzzjoni, ma kien hemm ebda trasparenza fuq il-flus li jdaħħlu l-partiti u min jagħtihomlhom.
F’ inqas minn tliet snin inidel dan kollu: il-Kummissjoni taħdem, kien hemm l-ewwel każijiet ta’ whistleblowers, kien hemm riforma fil-ġudikatura u skrutinju fin-nomini, u ġiet introdotta l-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
U hawn jibdew il-kuntradizzjonijiet. Għax, qal il-Prim Ministru, min m’ għamilx ir-regoli hu, issa jrid jaħrabhom. “Qisu qed jaħrab xi ċitazzjoni. Irid liġi li tgħodd għal kulħadd iżda mhux għalih”.
F’ din il-leġislatura, darba wara l-oħra, minflok tefa’ taħt it-tapit, il-Gvern għamel investigazzjonijiet, ġarr responsabiltà, kien hemm riżenji, u ittieħdu deċizjonijiet.
B’kuntrast, Simon Busuttil jitlaq mill-kamra qisu tifel għax jgħidx ma rridx lill-ministru jitkellem
“Għalhekk meta tattakka fuq korruzzjoni” qal il-Prim Ministru lill-Kap tal-Oppożizzjoni, “in-nies genwini jaraw il-punti tiegħek, jaqblu ma wħud minnhom, izda ma jistgħu qatt jeħduk bis-serjetà”