Xi nies ġew evakwati u oħrajn iddaħħlu l-isptar wara li nirien ħakmu appartament f’Ta’ Xbiex. Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal kif fil-pront il-pumpiera kkontrollaw in-nirien u li l-blokka kollha kienet evakwata bħala prekawzzjoni. Intqal kif xi inkwilini qegħdin għall-kura fl-isptar kawża ta’ dħaħem li belgħu. Is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.