L&L Europe, ComeOn u CatenaMedia, flimkien bħala HR Connect ipprovdew l-ikel lil madwar 65 ners, tabib u ħaddiem li bħalissa mehdija jaħdmu fid-Direttorat tal-promozzjoni tas-Saħħa u l-prevenzjoni tal-mard li huma responsabbli għall-isttestjar tal-COVID-19 fuq pazjenti.
Il-kokijiet li ssoltu jsajru għal mijiet ta’ ħaddiema fl-industrija tal-iGaming, illum kienu responsabbli milli jsajru ikel għall-eroj tagħna li jaħdmu fis-settur tas-saħħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
L-inizzjattiva kienet ikkordinata bejn dawn il-kumpaniji u l-ikel intbagħat permezz tal-kumpanija BOLT.
Fi stqarrija HR Connect qalu li l-industrija tal-iGaming huwa kommess biex jagħti l-kontribut tiegħu lejn il-komunità f’dan iż-żmien ta’ diffikultà, żmien li fih huwa essenzjali li nieħdu ħsieb dawk kollha li jieħdu ħsieb lilna.