L-Oppożizzjoni Nazzjonalista fl-aħħar ħin kompliet bl-attakki, l-arroganza u n-nuqqas ta’ rispett tagħha fil-konfront tal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.
Dan hekk kif fis-seduta, li ttrattat stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru Robert Abela dwar il-każ tad-droga fil-barracks tal-Forzi Armati, id-Deputat tal-fergħa estremista u l-kap de facto tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, tenna dak li n-naħa tal-Oppożizzjoni jaħsbu u jemmnu dwar il-President tal-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż.
F’aktar arroganza mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Parlament, illum waranofsinhar, id-deputat tal-establishment Nazzjonalista Karol Aquilina qal lill-Ispeaker Anġlu Farrugia “niddubita kemm taħseb int”.