Il-mudella Nicole Spiteri, li għandha 21 sena u hija mill-Marsa, ġiet inkurunata bħala r-rebbieħa tal-konkors Miss World Malta.
Spiteri se tirrappreżenta lil pajjiżna fit-72 edizzjoni ta’ dan il-konkors, b’udjenza televiżiva ta’ 2.5 biljun telespettatur madwar id-dinja.
Dan wara li hija rebħet il-finali ta’ dan il-konkors l-Erbgħa filgħaxija – li ttella’ fil-Forti Sant’Iermu u li xxandar ukoll fuq dan l-istazzjon.
F’dan il-konkors ħadu sehem 25 tfajla, fejn Spiteri rebħet ukoll premji oħra.
Hija se tkun qed tipparteċipa fis-serata finali tal-Miss World, flimkien ma’ 120 tfajla oħra.
Fit-tieni post klassifikat Shailey Micallef, u ssegwiha fit-tielet post, Hailey Ghiller.