L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy se jitressaq il-Qorti b’rabta mal-finanzjament illegali tal-kampanja Presidenzjali tiegħu. Sarkozy qed jiġi akkużat li l-partit tiegħu ffalsifika l-kontijiet bl-għan li jżomm sigrieta 18-il miljun ewro li ntużaw għall-kampanja tal-2012.
Sarkozy qed jiċħad dawn l-akkużi u qal li ma kienx jaf b’dawn il-flus u li se jkun qed jappella d-deċiżjoni li jidher quddiem il-Qorti. Dan il-każ huwa magħruf bħala l-iskandlu Bygmalion. F’dan l-iskandlu, allegatament il-partit ta’ Sarkozy għamel ftehim ma’ kumpanija tal-marketing biex jaħbu l-ispiża tal-kampanja Presidenzjali tal-2012.
Fi Franza l-partiti għandhom limitu ta’ kemm jistgħu jonfqu f’kampanja elettorali u qed jiġi allegat li l-kumpanija Bygmalion ħarġet l-irċevuta fuq il-partit biex b’hekk l-irċevuta tal-kampanja tkun in-nofs tal-prezz totali, biex l-ammont jaqbel ma dak permess għall-finanzjamenti tal-kampanja.