Nicky Gauci intgħażel mill-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport biex jirrappreżenta lil Malta fil-Formula 4 fil-FIA Motorsport Games ta din is-sena f’Valencia, fi Spanja. Għal Gauci, din hija opportunità kbira, u kellimna biex jaqsam magħna l-vjaġġ tiegħu u s-sinifikat ta’ dan l-avveniment.
Il-FIA Motorsport Games hija kompetizzjoni prestiġjuża, spiss imqabbla mal-“Olimpjadi tal-Motorsport.” Hija organizzata mill-Federazzjoni Internazjoanli ta l’Automobiliżmu (FIA) w iġġib flimkien l-aqwa talent tat-tlielaq mid-dinja kollha. Sewwieqa minn aktar minn 50 nazzjon biex jikkompetu f’diversi kategoriji, fosthom GT, Touring Cars, Drifting, Karting Slalom, u Formula 4.
Bħala waħda mill-kategoriji inawgurali tal-avveniment, il-Formula 4 tirritorna din is-sena, bi 30 sewwieq jikkompetu. L-avveniment tal-Formula 4 tal-2022 fiċ-Ċirkwit Paul Ricard kien fih tliet stilel tat-tieni ġenerazzjoni, tfal ta’ eks-sewwieqa tal-F1. Madanakollu, it-Taljan Kimi Antonelli iddomina u rebaħ.
Nicky passjonat dwar l-isport tal-karozzi minn età żgħira ħafna, u beda l-vjaġġ tiegħu fil-karting ta’ 8 snin. Issa, li għandu 23 sena esperjenza b’suċċess diversi dixxiplini, fostom karting, rally, hillclimb, u issa l-Formula 4. Fil-Formula 4 għandu esperjenzawara li saq fiċ-ċirkwiti ta’ Brands Hatch u Knockhill, fl-Ingilterra.
Xi wħud mill-kisbiet ewlenin miksuba minn Gauci jinkludu, Champion ta’ tliet kampjonati nazzjonali tal-karting, Riċevitur ta’ żewġ premjijiet fid-dixxiplina tal-karting mill-Malta Motorsport Federation, u ikkompeta f tiġrijiet prestiġjużi fil-Baħrejn, il-Belġju, Franza, Spanja, l-Italja, u pajjiżi Ewropej oħra, fejn kiseb riżultati notevoli.
Gauci mhux ġdid fil-FIA Motorsport Games hekk kif ikkompeta fid-dixxiplina tal-karting endurance fl-2022 fiċ-ċirkwit Paul Ricard fi Franza, fejn kien l-aktar sewwieq veloċi mill-erba’ sewwieqa Maltin, tim li ġab lil Malta fir-4 post.
Gauci se jibda jipprattika fuq l-istess korsa f’Valencia, waqt taħriġ li se jkun organizzat mill-istess organizzaturi, bejn l-4 u l-5 ta’ Settembru. Din se tkun opportunità eċċellenti biex jiffamiljarizza maċ-ċirkwit, u jtejjeb l-ħiliet tiegħu qabel l-avveniment ewlieni.
Nicky Gauci qalilna; “Ninsab verament grat għall-appoġġ tal-isponsors tiegħi, Mediterranean Building Finishes, BMW Malta, Prospeed Parts, World Pro Racing, u KPL Racing Team. Il-parteċipazzjoni tiegħi fil-FIA Motorsport Games hija tragward sinifikanti għall-isport bil-mutur Malti.”