Nicholas Camilleri, ir-raġel ta’ 55 sena minn Birkirkara li fl-aħħar jiem kien irrappurtat nieqes, sfortunatament instab mejjet f’kamra fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa lbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija.
Rigward dan il-każ, il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Leonard Caruana ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta marbuta mal-każ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, iżda l-Pulizija sostnew li l-mewt tar-raġel ma tidhirx li hija waħda suspettuża.