Fi stqarrija li kiteb permezz ta’ profil tiegħu fuq facebook, Jason Micallef qal li jiċhad bl-aktar mod assolut u kategoriku li xi ħadd, inkluż il-Prim Ministru Robert Abela, ordna xi drone ta’ ONE News jiġbed filmati tar-residenza privata tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Huwa żied jgħid li dan lest li jaħilfu b’ġurament fil-Qorti u/jew fi kwalunkwe xhieda oħra quddiem il-pulizija. Is-Sur Micallef kiteb jgħid li din l-istqarrija kien qed jagħmilha bl-akbar responsabilta’, u bħala Chairman Eżekuttiv ta’ ONE.
