Il-paniku li għandu l-eks-Ministru Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Kap tiegħu Simon Busuttil qed iwassal sabiex l-istess Azzopardi qed jitħawwad.
Il-Partit Laburista fi stqarrija tenna dak li dejjem intqal, fejn fl-20 ta’ Mejju 2011, id-Dipartiment tal-Artijiet ta’ dak iż-żmien kien bagħat ittra uffiċjali lill-kumpanija ta’ Żaren Vassallo sabiex ikun revokat kuntratt illegali li kien iffirmat fit-3 ta’ Diċembru 2009 dwar art ta’ 21 tomna f’Ħal Qormi li tiswa’ iktar minn €8miljuni. Wara dan, Żaren Vassallo iltaqa’ mal-Ministru responsabbli, Jason Azzopardi u ntqal lilu li ser jinstab kompromess.
L-istqarrija tispjega li l-kompromess kien dak konfermat minn Jason Azzopardi stess f’wieħed mill-ġurnali tal-llum- ħatra ta’ tliet periti nnominati mill-Gvern u Vassallo, fejn dawn il-Periti mxew fuq stima mhux ta’ dakinhar imma tal-1990: li wasslet għal ftit aktar minn €700,000.
“Filwaqt li nibqgħu nsostnu dak li għedna, se nkomplu niżvelaw u nuru aktar fatti dwar dan l-iskandlu” temmet tgħid l-istqarrija.