“Dan kellu jkun l-aħħar nifs ta’ ħajtek. Nibki u nikteb x’ġara, illum l-iktar ġurnata ta’ ħajti li kont imweġġa'”
Hekk kiteb dan iż-żagħżugħ fuq Facebook, filwaqt li rrakkonta inċident li seħħ f’Bormla: “Mietli l-kelb li kien biċ-ċinga miegħi. Konna qiegħdin naqsmu t-triq. Tajritu karozza metri ‘l bogħod…taparsi ma raħx lill-kelb, u għafġu bil-karozza quddiemi. Il-wiċċ vili baqa’ sejjer. Ma nafx x’ħa nagħmel mingħajru, għax qisu t-tifel tiegħi kien. Inħobbok ħafna, ma ninsik qatt. Nimmisjak ħafna u ma nistax nieqaf nibki.”
Ma naqsux il-kummenti – min diżappuntat bil-fatt li s-sewwieq baqa’ sejjer u min jħeġġeġ liż-żagħżugħ jirrapporta l-każ lill-Pulizija.
L-imħabba lejn il-kelb bl-isem ta’ Bobo hija evidenti – f’dan il-filmat jidher jilgħab ma’ sidu, li kemm-il darba sejjaħlu ‘l-aqwa kelb’ fuq Facebook.