Fl-aħħar tlett xhur tas-sena li għaddiet kellna żewġ fatalitajiet fit-toroq Maltin.
Fl-istess perjodu ġew rappurtati tlett t’elef u erba’ mija u ħamsin inċident tat-traffiku, żieda ta’ wieħed punt erbgħa fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.
Statistika ppublikata mill-uffiċju nazzjonali tal-istatistika turi li postijiet fin-naħat tal-port li jinsabu lejn it-Tramuntana kienu l-aktar li seħħew inċidenti.
Filfatt lejn l-aħħar kwart tas-sena li għaddiet ġraw ftit aktar minn erbgħin fil-mija tal-inċidenti fin-naħat imsemmija.
L-aktar lokalità li fiha seħħew inċidenti kienet Birkirkara.
Il-Ħadd kien l-aktar jum li fih weġġgħu nies kawża ta’ inċident tat-traffiku u l-istatistika tal-NSO tgħid ukoll li l-inċidenti l-aktar li ġraw fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu.
Il-karozzi kienu l-aktar involuti fl-inċidenti u warajhom il-muturi.
Dan filwaqt li dawn l-aktar li ndarbu f’inċidenti kienu rġiel li l-età tagħhom tvarja bejn il-wieħed u erbgħin u d-disgħa u ħamsin sena.