Nhar it-Tnejn li ġej, għaxra ta’ April, se jiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa għas-Summien u għandu għaddej sat-30 ta’ April minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun.
Il-kwota nazzjonali hija ta’ elfejn u erba’ mitt summiena u ma hemmx kwoti individwali. Kull summiena li tiġi kkaċċjata għandha tiġi rrappurtata immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.
Intant, kwalunkwe żvilupp dwar il-ftuħ tal-kaċċa għall-gamiem mis-sbatax ta’ April sat-tletin ta’ April jitħabbar minnufih.