Nhar it-28 ta’ Jannar se tiġi inawgurata parti oħra minn Esplora, ċioè il-Planetarium.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, intqal li l-inawgurazzjoni se ssir permezz ta’ riċeviment, li l-flus minnu se jmorru għand il-Malta Community Chest Fund.
Fiż-żmien li ġej se tibda l-ħidma biex Esplora tkun aċċessibbli bil-baħar, permezz ta’ jetty.
F’dawn it-tliet xhur, Esplora kienet suċċess kbir. Infatti fil-vaganzi tal-Milied, volum qawwi ta’ persuni attendew biex jaraw dan il-kunċett ġdid fil-qasam tax-xjenza.