Wara s-suċċess tal-ewwel edizzoni tat-turnew Valletta Cup issa wasal iż-żmien għat-tieni edizjoni. Din id-darba ser jkun turnew ikbar għall-fatt li ser jkunu qed jikkompetu plejers preżenti u ex-plejers taż-żewġ klabbs tat-table football Beltin. 22 plejer ser ikunu qed jipparteċipaw f’żewġ kategoriji dik ‘Open’ u l-oħra ‘Cadet’.
Is-Sur Ray Azzopardi saħaq li jinsab kuntent għax laħaq l-għan tiegħu, dak li jagħqad il-plejers għal dan it-turnew speċjali. Is-Sur Azzopardi nkoraġixxa wkoll lit-tfal u żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom f’dan l-isport.
Is-Sur Felix Rizzo jinsab entużjast għal dan it-turnew, speċjalment meta jara plejers antiki li ħa jieħdu sehem.
Dan l-isport qed iġib ħafna unuri lejn il-Belt Kapitali tagħna u ovjament lejn pajjiżna, allura l-investiment f’dan l-isport huwa mistħoq.
It-turnew ser isir nhar is-Sibt li ġej 13 ta’ April 2019, ġewwa l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mid-9.00am l’quddiem. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jattendi. Id-dħul huwa b’xejn.