Tliet artisti internazzjonali se jtellgħu kunċert f’pajjiżna b’risq il-vittmi tal-gwerra fl-Ukrajna.
Il-kunċert se jsir nhar is-Sibt 11 ta’ Ġunju fil-ħamsa ta’ waranofisnhar f’The Imperial, Tas-Sliema minn Aid to Church in Need Malta; fondazzjoni pontifikali li tipprovdi għajnuna f’każijiet t’emerġenza bħal gwerer jew diżastri naturali.
Dan l-istazzjon tkellem mal-mezzo-sopran u patruna tal-Autism Unlimited, Sophia Grech, waħda mit-tliet artisti li se jtellgħu dan il-kunċert.
Grech qalet, “We’re going to do a program of various pieces classical and semi-classical, so I am going to be singing some West Side Story. I am going to be singing Carman and then there’s going to be some piano music by Schuman and Mozart as well. So it’s a very varied program.”
Flimkien ma’ Sophia, se jkun hemm il-pjanista Ukrena Swetlana Reder u l-pjanista Pollakka Julia Miller.
Bil-fondi li jinġabru, se jinxtraw mediċini u ikel għall-persuni milquta mill-gwerra fl-Ukrajna.
Sophia Grech qaltilna li fl-2015 saret taf li għandha l-awtiżmu, iżda dan ma waqqafiex milli tkompli bil-karriera mużikali tagħha. Anzi qed tara li bil-mużika tkompli tqajjem aktar għarfien.
Hija stqarret, “I’m just doing everything I can to raise awareness and to help autistic children and youngsters and to give hope to parents, that if you have autism it doesn’t mean that you can’t have a successful life.”
Il-kunċert huwa bla ħlas iżda se jinġabru donazzjonijiet waqt dan il-kunċert għal din il-kawża nobbli.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 21 487 818.