Il-kumitat Ornis irrakkomanda biex nhar is-Sibt li ġej jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa tas-summiena fir-rebbiegħa.
Fi stqarrija l-Gvern laqa’ din ir-rakkomdanzzjoni.
L-istaġun għall-kaċċa tas-summien għandu miftuħ sal-aħħar ta’ dan ix-xahar u l-kaċċa tista’ ssir minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar, inkluż fost il-ġimgħa, nhar ta’ Sibt u Ħadd.
Il-kwota nazzjonali għal dan l-istaġun hija ta’ 2,400 summiena u mhu se jkun hemm l-ebda kwota individwali.
Il-Gvern spjega li l-kaċċa għas-summiena hija minnha nnifisha attività solitarja.
Ġie rrimarkat li d-direttivi kollha li ħarġu u li jistgħu jibqgħu joħorġu mill-awtoritajiet tas-saħħa huma applikabbli għal kulħadd, inkluż għall-kaċċa.
Il-Gvern appella lill-kaċċaturi biex biex issir kaċċa għas-summiena biss u kulħadd għandu jimxi mal-liġi.