Nhar is-Sibt, 25 ta’ Marzu jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa tar-Rebbiegħa 2017. Dan ser jibqa’ miftuħ sal-Ġimgħa, 14 t’April, kuljum, inlkuż Ħdud u festi, bejn sagħtejn qabel tlugh ix-xemx u nofs in-nhar.
Il-liċenzji speċjali bdew jaslu fid-djar permezz ta’ posta rreġistrata.
Fi stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) fakkret lill-membri li dawn id-dokumenti għandhom jinġarru kollha waqt il-ħinijiet tal-kaċċa flimkien ma dawn li ġejjin:
– il-Liċenzja tal-pulizija għall-ġarr tal-arma;
– il-Liċenzja Ġenerali, jiġifieri l-kard bir-ritratt;
– il-Ktejjeb tal-kaċċa ttimbrat għas-sena 2017;
– Il-Mobajl ta’ liema numru ġie rreġistrat fl-applikazzjoni tal-liċenzja speċjali. Importanti li jkollu ‘credit’ suffiċjenti biex isiru telefonati.
Kull qbid ta’ Summiena għandu jiġi rreġistrat immedjatament billi ssir telefonata fuq 7707 0009. Tajjeb li dan in-numru jiġi rregistrat fil-‘contacts’ tagħkom biex ikun faċliment aċċessibbli.
Il-qbid massimu għal kull kaċċatur huwa ta’ ħames summieniet f’ġurnata u 10 summiniet fl-istaġun. Il-kwota nazzjonali hija ta’ 5000 summiena.