Nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju se ssir edizzjoni oħra tar-Regatta għall-qaddiefa żgħażagħ. Din se tkun miftuħa għal qaddiefa li għandhom anqas minn dsatax-il sena u se tagħti opportunita’ lil dawn l-istess qaddiefa sabiex juru t-talent tagħhom f’dan l-isport. Għal sena oħra l-attivita’ se ssir fil-bajja tar-Rinella l-Kalkara.
B’kollox se jkun hemm seba’ tiġrijiet, ħamsa għall-aggregate shield U19 u tnejn oħra li ma humiex parti mix-Shield.
Il-kategorija U19 se tinkludi erba’ tiġrijiet. Dawn huma Ta’ b’Erbgħa (li se jkun fiha l-punti tal-Midalji), Ta’ bi Tnejn, tal-Frejgatini, tal-Kajjiki u tiġrija oħra Ta’ b’Erbgħa (b’24 punt għal min jispiċċa l-ewwel).
Apparti t-tiġrijiet tal-U19 se jsiru wkoll żewġ tiġrijiet oħra: Tal-Barklori u għall-qaddiefa tfajliet.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħi lill-qaddiefa kollha parteċipanti.
L-ewwel tiġrija tibda fl-4pm.
Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet