Ir-rebbieħ tal-Eurovision Song Contest 2019 Duncan Laurence rriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19.
Konsegwenza t’hekk huwa mhux se jkun qed ikanta fil-finali kif inhi t-tradizzjoni bħala r-rebbieħ inkurunat tal-Eurovision.
Dan ifisser ukoll li huwa mhux se jippreżenta t-trofew lir-rebbieħ li jmiss tal-Eurovision.
Fi stqarrija, il-European Broadcasting Union qalet li t-tim ta’ Laurence huwa diżappuntat għal dan l-iżvilupp għaliex huwa xtaq ħafna jieħu sehem fil-Eurovision li grazzi għalih qed isir f’Rotterdam, l-Olanda.
Duncan Laurence deher fil-ftuħ tal-ewwel semifinali tat-Tlieta.