Nhar il-Ħamis, l-ewwel ta’ Settembru se jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa. Dan umbagħad jgħalaq fl-aħħar ta’ Jannar.
Il-kaċċa fuq il-gamiema tieqaf fit-30 ta’ Settembru u l-kaċċa ma tistax issir bejn il-15 ta’ Settembru u is-7 ta’ Ottubru, wara is-7 ta’ filgħaxija. Il-kaċċaturi għandhom id-dmir li jirrispettaw il-liġijiet u regolamenti tal-kaċċa, u f’każ t’abbuz jirrapurtaw lil-awtorijiet fuq in-numru 119.
Fi stqarrija Kaċċaturi San Ubertu awguraw staġun tal-kaċċa tajjeb u faħħru x-xoghol siewi tal-forzi ta’ l-ordni.