Kollaborazzjoni ta’ tnax-il sena bejn is-sewwieq tal-Formula 1 Lewis Hamilton u l-Mercedes tiġi fi tmiemha f’Abu Dhabi hekk kif l-istaġun li jmiss se jingħaqad mal-Ferrari.
Hamilton mhux qed jantiċipa xi riżultat pożittiv iżda qal li l-importanti li jmorru jagħmlu l-aħjar tagħhom. Dan l-istaġun kien wieħed diffiċli għal Hamilton mal-Mercedes speċjalment f’dawn l-aħħar tapep. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-Qatar huwa spiċċa fit-tnax-il post wara li rċieva żewġ penali separati.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/04141756/WhatsApp-Image-2024-12-04-at-1.56.31-PM-1024x575.jpeg)
Flimkien Hamilton u l-Mercedes huma l-aktar tim ta’ suċċess fl-istorja tal-Formula 1 hekk kif wara li ingħaqdu flimkien fl-2013, il-Mercedes rebħu l-kampjonat tal-kostrutturi tmien darbiet konsekuttivi, 120 grand prix u seba’ titli tas-sewwieqa, sitta minnhom Lewis Hamilton.
Hamilton huwa l-aktar sewwieq ta’ suċċess ta’ kull żmien hekk kif rebaħ sitta mis-seba’ kampjonati mal-Mercedes, 84 minn 105 tiġrija u 78 minn 104 pole positions.
Is-suċċessi l-oħra tiegħu kienu mal-McLaren meta kienu t-tim tax-xogħlijiet tal-Mercedes u għalhekk is-sena d-dieħla, id-dsatax staġun tiegħu fil-Formula 1, se jkun l-ewwel wieħed tiegħu mhux bħala sewwieq tal-Mercedes.