Nhar il-Ħadd li ġej, fit-2 ta’ Lulju fis-7.30 pm se toħroġ l-Istatwa Inkurunata tal-Madonna tas-Sacro Cuor madwar it-toroq ta’ tas-Sliema, fil-Festa Titulari tagħha.
Din is-sena dawk preżenti se jkun jistgħu jaraw il-Warda tad-Deheb, fuq il-pedestall, ma’ riġlejn l-Istatwa Nkurunata.
Din il-Warda tad-Deheb ġiet irregalata lill-Istatwa Nkurunata mis-Soċjetà Filarmonika Sliema li tagħha hija l-padruna.
Din il-Warda twasslet waqt korteo mis-sede tas-Soċjetà immexxi mill-President tas-Soċjetà Jesmond Vella u membri tal-Kumitat kif ukoll membri tal-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor flimkien mal-Bandalora tal-100 Sena tal-istess soċjetà.
Dan sar ukoll fil-preżenza tal-President ta’ Malta l-E.T. Dr George Vella u s-Sinjura Vella.
Wara l-Arċisqof mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa li kienet akkumpanjata bis-sehem tal-Banda Ċittadina Sliema.
Il-quddiesa ntemmet bil-popolari Innu Viva Dejjem ta’ Domenico Quercetti u l-Inno Sliema ta’ Mro Cardenio Botti.
Il-Programm tal-Purcissjoni bl-Istatwa Nkurunata huwa dan :
6:00 p.m: Quddiesa mmexxija mill-E.T. l-Isqof Joseph Galea Curmi
7:00 p.m: Il-Banda Dekana u Cittadina “L’Isle Adam” tar-Rabat tibda’ ddoqq marċi fuq iz-zuntier tas-Santwarju Marjan.
7:30 p.m: Ħruġ tal-Purċissjoni Devozzjonali bl-Istatwa Nkurunata tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Jieħdu sehem il-Komunità Franġiskana, il-Fratellanzi tas-Sagrament u tal-Madonna u l-Abbatini. Imexxi l-purċissjoni l-W.R. Ministru Provincjal P. Twanny Chircop O.F.M.
Il-Banda Dekana “L’Isle Adam” tilqa’ l-Istatwa Nnkurunata bil-kant tal-Innu Popolari “Viva Dejjem” ta’ Domenico Quercetti u l-“Ave Marija” bis-sehem tal-kantanta Gabrielle Portelli u wara tesegwixxi programm mużikali fuq iz-zuntier tas-Santwarju taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro William Debattista.
Il-Banda Ċittadina “Sliema” fl-okkażjoni tal-għeluq il-100 sena mit-twaqqif tagħha takkumpanja l-Istatwa Nkurunata b’innijiet marjani u marċi devozzjonali matul it-triq tal-Purċissjoni mit-toroq San Trofimu, Rudolfu, Manwel Dimech, San Duminku u San Trofimu. Minn Triq Santa Marija, il-Komunità Parrokkjali takkumpanja l-Istatwa Nnkurunata b’innijiet u talb Marjan dejjem akkumpanjati bid-daqq mill-Banda Ċittadina “Sliema”.
10:30 p.m: Dħul tal-Istatwa bil-Kant tal-Innu Popolari “Viva Dejjem” u l-Antifona.
Il-festa tiġi fit-tmiemha b’ċelebrazzjoni Ewkaristika.